Saturday, June 5, 2010

Terminoloġija bil-Malti

Peress li l-metodi tat-tagħlim infirxu 'l barra mill-erba' ħitan tal-klassi, kull lingwa li tagħmel użu minnhom kellha taġġusta għal dawn l-eżiġenzi. Il-Malti ma qagħadx lura.

Kont qrajt li meta l-Prof. Aquilina kien avviċinat minn ġurnal lokali biex isibilhom il-kelma Maltija għal 'crossword', il-prof. mingħajr tlaqliq qalilhom 'tisliba'. Minn dak li nafu, dil-kelma kien nissilha hu dak il-ħin stess permezz tal-għerq s-l-b, li minnu għandna kelmiet bħal salib, sallab, u mislub. Eżatt bħalma nnisslu 'tifkira' minn f-k-r, jew 'tidwira' minn d-w-r. Kien kreattiv biżżejjed biex jieħu għerq stabbilit u joħroġ minnu vokabolarju ġdid għall-ħtiġijiet lingwistiċi ta' żmienu. L-għada filgħodu l-qarrejja tal-ġurnal tgħallmu kelma ġdida li mingħalihom kienet ilha teżisti sekli sħaħ... u aċċettawha.

Kont qrajt ukoll li meta l-inventuri ħolqu l-ispace shuttle, ma kellhomx isem għal din l-invenzjoni l-ġdida. Il-persuna li ħarġet bil-kelma 'shuttle' kienet ispirata minn kelma fir-reġistru tal-ħajjata li bil-Malti tiġi 'mekkuk'. Dan seħħ għax x'aktarx kienu apparentament simili. Madanakollu did-darba l-Malti (kemm l-Ilsien, u anke l-kelliem), ma kienx kreattiv daqs id-darba ta' qabel, u s-semmiegħ tiegħu laħaq draha sew bl-Ingliż. Ħadd ma kien issuġġerixxa t-terminu 'mekkuk spazjali', iżda wisq inqas dehret ħeġġa għal xi kelma ġdida.

Fuq kollox, x'hemm ħażin jekk il-Malti jissellef kliem mill-Ingliż? Hekk għamel minn lingwi oħrajn u llum ħafna minn dawn il-kelmiet saru tiegħu daqslikieku kienu minn dejjem... fosthom: 'truck' saret 'trakk', u biż-żmien ittieħdet mill-plural Semitiku <+ijiet> u saret 'trakkijiet',... il-verb 'to park' li, bl-influwenza tal-<+iare> mit-Taljan, fil-Malti sar ipparkja,... u l-bqija.

Fid-diċenji li għaddew, mal-iżvilupp tal-internet ġelben influss qawwi ta' kliem tekniku li l-Malti ma kienx ippreparat biżżejjed għalih, u m'għarafx jieħu azzjoni mill-ewwel. Il-ħtieġa li jitwessa' l-lessiku bdiet tittieħed bis-serjetà meta bdew jinqalbu d-dokumenti Ewropej għall-Malti.

Anke dwar l-isfera tal-blogs bdew jaslu s-suġġerimenti; fosthom hemm min qal li hu jikteb blogg (pl. bloggs), min qal li jħalliha blog u jiktibha korsiva (italics), u oħrajn qalu li jsejħulha bloggata, kelma Ingliża bis-suffiss Taljan <+ata>, bħalma huma paprata, ċuċata, żiblata, u l-bqija. Il-bloggs jew il-bloggati jiffurmaw il-bloggosfera, nisġa ta' ħafna minnhom qishom komunità interdipendenti, fejn kull waħda jkollha spazju allokat għall-kummenti tal-bqija.

Dal-ħsieb jixhed li l-Malti anke fit-tagħlim elettroniku qed jagħti sehmu, u qed iżomm għajnejh miftuħin kemm fuq l-iżviluppi u anke fuq it-tattiċi u l-prattiċi li qed jadottaw lingwi ġirien.

24 comments:

  1. Prosit Mark! Għadni kif inqum min-nagħsa ħelwa u ħsibti qed noħlom x 'ħin rajt blogg bil-Malti! Ħadt gost naqra l-kummenti tiegħek speċjalment fejn ktibt dwar it-tnissil tal-kelma tisliba. Sewwa jgħidu - tikber u titgħallem!

    Jiena naqbel li l-lingwa Maltija trid timxi maż-żminijiet u allura taġġusta għall-eżiġenzi. Jekk dan ma jsirx allura hemm il-biża' li l-lingwa tista' tistaġna u tmut. Biss kultant nieħu l-impressjoni (forsi żbaljata) li ċertu kliem u terminoloġiji jiġu wżati mingħajr ma jsir sforz adekwat li tinstab kelma oħra li tista' tfisser l-istess. Per eżempju, lesta li naċċetta l-kelma blog jew blogg, u forsi anke bloggata. Imma, għal xi raġuni li jien stess ma nistax nispjegaha, m'inix komda nuża l-kelma mobajl - biex nkomplu fuq vina elettronika! Fil-fatt, lil uliedi nħeġġiġhom biex, jekk ikollhom bżonn jużaw kliem tekniku f' xi komponiment, allura għandhom jużaw il-kelma Ingliża miktuba f' "inverted commas". Tgħid qed niżbalja? Jista' jkun li din hi kwistjoni ta' żmien u li, bħal kull ħaġ' oħra fil-ħajja, kollox għad jindara? Tgħid anke l-Prof. Aquilina kien sab oppożizzjoni meta kien nissel il-kelma tisliba?

    Grazzi

    ReplyDelete
  2. Prosit Mark! Veru hadt pjacir naqra l-ewwel artiklu bil-Malti fuq din il-bloggosfera, mhux biss ghaliex inhobb il-lingwa Maltija imma ukoll ghax ghallimtni kelma gdida bil-Malti, bloggosfera.

    Bhalma semmejt inti, il-bzonn li nsibu kliem tekniku bil-Malti ghat-terminoligija l-gdida f’oqsma differenti imma b’mod partikolari fejn tidhol it-teknologija, sehh dawn l-ahhar erbgha jew hames snin meta kien hemm il-bzonn tat-traduzzjoni ta’ dokumenti ufficjali. Sadanittant fil-lingwa Maltija lehqet dahlet terminoligija bl-Ingliz li llum il-gurnata hija accettata u uzata minn kulhadd. Fil-fatt jekk tezisti xi traduzzjoni ghall-Malti ghal dan il-kliem, hafna nies, inkluzi nies fil-qasam edukattiv, ma jafux bihom ghax qatt ma gew mghallma.

    Jien inhoss li s-sistema edukattiva m’hijiex qed taghti bizzejjed importanza ghall-lingwa Maltija minn dan il-lat.

    ReplyDelete
  3. Tajjeb Mark, irnexxilek taqbad “thread” interessanti….

    Jien inhobb hafna l-ilsien Malti biss jisghobija nghid li dan l-ahhar snin qed ndahhlu hafna kliem barrani fil-lingwa taghna bla ma nqisu certu konsegwenzi. Jien naqbel ma’ Marthese u nzid nghid li kliem li l-fonetika taghhom ma tinbidilx mil-lingwa originali meta mdahhla fil-Malti ghandhom jibqghu jinkitbu kif jinkitbu fil-lingwa originali. Dan ghaliex qed noholqu hafna tahwid fl-imhuh tat-tfal taghna, tant li dawn qeghdin juzaw iz-zewg verzjonijiet tal-kliem f’zewg lingwi bla ma jintebhu!

    Ezempju:
    Coach (Ingliz)  Kowc (Malti) ghandom l-istess fonetika.
    Ghalhekk it-tfal gieli jiktbu kowc f’komponimenti ta’ l-Ingliz ghax jithawduha ma’ coach!!!

    Bhal dan ll-ezempju hemm hafna ohra (Mobajl  Mobile, etc)

    Jiena nahseb li ghandna nibbazaw aktar fuq il-fonetika qabel ma niddeciedu li ndahhlu kliem barrani fil-lingwa taghna. Jekk il-fonetika hija l-istess, ma jaghmilx sens li naqilbu l-kelma barranija ghall-alfabet Malti, minflok ghandna nhalluha kif inhi u nuzaw l-“italics” jew l-“inverted commas”.

    Punt iehor li xtaqt naqsam maghkom hu li ghandna hafna kliem Malti li warrabnih malajr wisq biex dahhalna kliem barrani. Tort kbir huwa tal-“Media” lokali li ghazlet lingwagg li jimxi mal-poplu bla ma qieset l-effett fuq Ilsien pajjizna. Kitba bla razan ta’ regoli tal-Malti fil-gazzetti lokali bil-Malti fuq ghexieren ta’ snin ghen biex isir dan l-isfreg.

    Ezempju: Airport  Ajruport  Mitjar (Nom mimmat).

    Fl-ahharnet nixtieq nghid illi jien qatt ma sibt problema nghallem suggett tekniku bil-Malti. Nuza l-Malti fil-lezzjonijiet tieghi u meta jkolli xi kelmiet li ma jezistux f’ilsienna, nghidhom bl-Ingliz. Ma nistax nimmagina kif l-eluf u eluf ta’ kliem teknici li jezistu bl-Ingliz jistghu jinqalbu ghall-Malti.

    U, wara kollox, nistaqsi hemm ghalfejn?

    ReplyDelete
  4. L-ortografija hija prattika li dejjem ser tinvolvi l-attegjament personali. Ma hemm xejn hazin billi tikteb "mobile" jew "mobajl", bil-"inverted commas" jew minghajrhom. Il-preferenzi personali juru kemm ahna influenzati mill-kultura tal-kitba u kif (nistghu nimmaginaw) ghandhom jinkitbu il-kliem. Aqraw il-ktieb ta Mark Sebba "Spelling and Society: the culture and politics of orthography around the world", mitbugh mill-Cambridge University Press (2007), u taraw x'irid nghid. Xejn mhu assolut.

    Issa, billi dahlu hafna kliem mill-Ingliz fil-Malti, ma gara xejn. Il-lingwi mhumiex sistemi 'puri' ta' hsieb. Il-lingwa Ingliza mhijiex xi lingwa pura - altru! - ghax ghandha kliem minn xi 350 lingwa differenti. Lingwa hija xi haga organika, li tikber u tizvillupa. Issa kif u fatta hag'ohra!

    ReplyDelete
  5. Interessanti hafna!

    Jien l-istess bhal Louis nghallem suggetti teknici bil-Malti sakemm ma jkollix xi student barrani u jkolli nitkellem bl-ingliz.

    Peress li l-karta tal-ezami rridu jinktibu bil-ingliz, il-problema li qed insib hi li hafna studenti bilkemm jifhmu l-ingliz! Gieli anke kelli studenti li jsaqsuni biex iwiegbu bil-malti fuq il-karta.

    @Steve: Naqbel mieghek li s-sistema edukattiva mhux qed taghti importanza il-Malti pero (ghalinqas fl-ICT fej nahdem jien) minhabba it-terminologija u l-BTEC naraha bhala mpossibli biex xi darba it-tghallim tal-ICT jsir bil-Malti.

    Jien niftakar li xi 3 snin ilu kien hareg il-Windows XP bil-malti u meta pruvajtu hassejtni skomda nuzah…ghax mohhi awtomatikament beda jaqleb ghal verzjoni tal-ingliz.

    ReplyDelete
  6. Jien naqbel hafna ma dak li qalet Lucienne ghax insib l-istess diffikultajiet minhabba il-fatt li hafna mit-terminologiji li jezistu fit-teknologija ta' l-informatika huma difficli hafna biex taqlibhom ghal Malti.
    Hafna mis- suggetti tat-teknologija ta' l-informatika jinkludu terminologiji li huma bl-Ingliz u li ma tistax taghmel mod iehor biex taqlibhom. Jekk wiehed qed juza lingwa biex jiprogramma, zgur li din ha tkun bl-ingliz u bl-ebda mod ma’ tista tinqaleb ghal-Malti. Ghalkemm din il-lingwa tkun bl’ingliz, fil-magoranza tal-kazi meta ahna nghallmu nkunu qed nitkellmu bil-Malti minhabba l-fatt li l-istudenti taghna jifmu aktar bil-Malti.
    Sfortunatament minhabba l-uzu tat-teknologija il-lingwa Maltija qed issirila hafna hsara. Hafna Maltin saru juzaw il-lingwa Maltija biex jitkellmu biss, jew inkella jipprovaw jaddottaw kliem bl-Ingliz ghal-Malti. Hafna drabi jien insib ruhi f’din id-diffikulta ukoll waqt li nkun qed nghallem.

    ReplyDelete
  7. Luke, naqbel hafna ma' dak li ktibt. Nixtieq inkompli fuq l-ahhar punt tieghek, fejn ktibt illi hafna Maltin saru juzaw il-lingwa Maltija biex jitkellmu biss.

    Hafna minna, inkluz jiena, nitkellmu bil-Malti waqt li nkunu qed inwasslu l-lezzjoni, minhabba li nsibuwha aktar facli kemm ghalina biex nispjegaw kif ukoll ghall-istudenti biex jifhmuna. Izda ninnota illi l-Malti nuzawh biss fejn tidhol komunikazzjoni verbali. Kif ikollna bzonn inwasslu xi haga li mhix verbali, perezempju fl-uzu tal-PowerPoints, kotba, noti, u kitba fuq il-whiteboard, naqilbu ghall-Ingliz!

    Naf illi hafna terminologiji ma jippermettux illi nwasslu dawn l-affarijiet bil-Malti, pero xorta nhoss illi fejn jidhol dak li hu miktub, u ghalhekk meqjus bhala formali, qed nippruvaw nevitaw il-Malti, bhallikieku din il-lingwa mhijiex valida bizzejed u wisq anqas f'lokha fejn tidhol komunikazzjoni mhux verbali.

    Biex naqbez fuq punt iehor, ma nistawx nassumu illi l-istudenti kollha jsibuwha facli li jifhmu bl-Ingliz! Ghalkemm hafna studenti jifhmu l-kitba bl-Ingliz, isibuwha difficli hafna biex jifmuh meta mitkellem. Din is-sena kelli kaz fejn kelli student Ingliz f'wiehed mill-gruppi. Wara xi hames lezzjonijiet naghmel il-lezzjoni bl-Ingliz, kelli xi studenti Maltin illi qaluli illi mhux sew illi minhabba student wiehed qed tkun aktar difficli ghal kumplament tal-klassi.

    Ma nahsibx illi jien kelli dritt nghidilhom illi suppost jifhmu bl-Ingliz, jekk dawn ma gewx mitluba O Level ta' l-Ingliz meta applikaw ghall-kors. Minhabba f'hekk ippruvajt nispjega biz-zewg lingwi, ghalkemm il-hin kienet problema kbira!

    ReplyDelete
  8. Il-Ħadd it-Tajjeb l-aħwa. Dan is-suġġett hu ftit sensittiv ghalija u tajjeb li qbadtuh. Apparti l-problemi li semmejt u hawn fuq (Mark, Lucienne, Luke, eċċ), jien naħseb li nistgħu nieħdu xi vantaġġi minn din is-sitwazzjoni u b’ġebla waħda nolqtu żewġ għasafar. Fil-waqt li tgħallem ċertu affarijiet bl-Ingliż, ħafna mil-lezzjoni trid tkun bil-Malti biex l-istudenti tagħna jifhmu! Imma llum ċertu affarijiet jistgħu ifittxuhom b’għodda tajba bħal Google Translate, b’hekk ikunu qed idaħħlu d-dinja tagħhom u tagħna, tal-ICT, fix-xogħol.

    ReplyDelete
  9. Blog bil-malti nteressanti ferm!!
    F pajjizna il-lingwa Maltija hija l-ilsien taghna ghalkemm bla dubju ta' xejn l-ingliz huwa mportanti daqsu, nhoss li kultant jkun hemm distinzjoni, bejn dak li hu formali u dak li hu informali.
    Generalment fil-lezzjonijiet taghna meta nkunu f kuntatt dirett ma l-istudent nitkellmu maghhom, nispjegaw u nfissru ezzatt dak li rridu inwasslu bil-lingwa Maltija. Meta mbad naghmlu n-noti,powerpoints, assignments jew karti ta l-ezami ninsew il-Malti u naghmluhom bl-Ingliz.
    Ghaliex naghmlu din id-distinzjoni? Qisu il-Malti huwa informali waqt il-lezzjonijiet u l-Ingliz hu aktar formali meta nigu biex naghtu l-karti biex nassesjaw lil l-istudent. Ghaliex meta naghti assignment bil-lingwa ingliza xorta wahda irrid nerga nispjega bil-Malti ghax issib studenti li jsibuha difficli biex jifhmu dak li int trid minnhom. Nhoss li karti ta l-ezamijiet jew assignments ghandhom jkunu bi-lingwali u tkun l-ghazla ta l-istudent bliema lingwa jaqraw u bliema lingwa jirrispodu. L-Aktar haga importanti hija li student jkun fehem dak il-messagg li ridt twassallu waqt il-hin tal-lezzjoni u jkun wiegeb tajjeb fl-ezami jew fl-assignment irrelevani bliema lingwa hija miktuba.

    ReplyDelete
  10. Prosit ppl.

    Marthese, din opinjoni tiegħi.
    Jien ma tantx naqbel mal-inverted commas u lanqas mal-korsiv. X’parir tagħtihom meta jkollok kliem bħal speaker bl-artiklu? L-i’speaker’? X’fiha ħażin jekk niktbu: l-ispeaker?

    Fis-sens jien nipprova nuża l-kunċett tal-indiskriminazzjoni, anke fid-diskussjoni tal-integrazzjoni ta' kliem Ingliż fil-Malti. U allura għadni qed nipprova nifhem għalfejn il-Malti jaċċetta kliem bħal ‘kejk’ u ‘trakk’, u kif għedt jagħtih il-plural <+ijiet>, għalfejn jaċċetta kliem bħal ‘internet’ u ‘printer’ la jinkiteb bħal fl-Ingliż, iżda mbagħad għadu jsibha diffiċli biex jaċċetta kliem bħal ‘fajerekstingwixer’ u ‘deħjumidifajer’ - forsi minħabba l-bombastiċità fid-dehra? Jista’ jkun imma din hi diskriminazzjoni lingwistika! Jista’ jkun ukoll peress li dan mhux kliem ta' kuljum bħalma huma ‘kompjuter’ u ‘mowbajl’ (mhux ‘mobajl’). Tassew tinteressani r-raġuni għalfejn m’intix komda tikteb ‘mowbajl’. Taħseb li l-Maltin jaċċettawha kelma ġdida minflokha kieku kellha tiġi introdotta? X’aktarx il-prof. bit-‘tisliba’ ma kienx sab oppożizzjoni kbira, imma dak kien żmien ieħor!

    Marthese naħseb tinteressak din ukoll. Il-Prof. Mifsud kemm-il darba jtenniha. Dan il-fatt hu prova kemm l-erbgħinijiet u s-sittinijiet u t-tmeninijiet kienu żminijiet oħra. Fil-Malti għandna l-għeruq Semitiċi S-J-R u T-J-R li minnhom ħarġu l-verbi ‘sajjar’ u ‘tajjar’. Madanakollu fil-gwerra l-Maltin semgħu lill-qalbiena Ingliżi jgħajtu <> u peress li ma kellhomx konoxxenza mill-qrib tal-Ingliż, fehmuhom ‘fajjar’ (bl-istess petern fis-subkonxju) u minn dakinhar ħolqu verb ġdid, għerq ġdid F-J-R (li l-Għarbi m’għandux), u konjugazzjonijiet ġodda... anzi t-tifsira żvijat ukoll: ma baqgħetx tfisser ‘spara b’xi arma’ iżda ‘spara xi tweġiba’ jew ‘erfa’ idek’ u l-bqija.

    ReplyDelete
  11. Naqbel miegħek Steve li s-sistema edukattiva qed titfa’ lura l-użu tal-Malti, għallinqas fil-kitba, u qed tixpruna l-Ingliż Malti. X’aktarx f’ħafna minna, inkonxjament, nixħtu l-Malti fil-keffa tal-informali, u l-Ingliż fl-oħra. (Din hi diskriminazzjoni oħra.)
    Osservazzjoni lingwistika: lekċerer ta’ dan il-kors kienet inkonxjament tippreżenta l-lekċer tagħha bl-Ingliż iżda mbagħad waqt id-diskors il-punti li ma kinux daqstant importanti (donnhhom il-footnotes) u l-eżempji kienet tgħidhom bil-Malti. Bil-lingwa, irnexxilha taqta’ linja ċara bejn is-sugu u t-tilqit f’dak li tgħid.

    Din l-osservazzjoni tinteressani għax jidher li l-MCAST hu kuntest differenti mill-Università. Meta kont immur għal-lekċers tal-IT fl-università, il-lekċerers kienu jagħżlu l-Ingliż kull ħin – x’aktarx minħabba l-istudenti barranin. Iżda hawn fl-MCAST, għallinqas fil-klassijiet tagħna tal-Elettronika ma jidhirlix li għandna studenti li ma jifhmux il-Malti, u allura nnutajt li l-lekċerers jagħtu l-lekċers bil-Malti iżda mbagħad biex jikkuntentaw lill-BTEC u lilhom infushom, jippreżentaw il-karti bl-Ingliż. Milli qaluli, kollha jsibuha diffiċli kieku kellhom jiktbuha bil-Malti. Apparti minħabba l-kliem tekniku, hemm l-ortografija, l-espressjoni, u d-drawwa. Li nara stramb hu kif jirnexxilhom jgħallmu bil-Malti, iżda mbagħad fil-miktub jibqgħu lura. Fit-taħdit m’hemmx il-problema tal-kliem tekniku wkoll? Le, le din skuża.

    Louis, it-tlissin qatt ma jkun l-istess. Il-L fil-kelma ‘film’ (minkejja li tinkiteb l-istess) fil-Malti tingħad differenti, pereżempju. Mhux skop tal-Malti li jaqleb kull kelma li teżisti fl-Ingliż. Il-Malti jaċċetta li xi drabi hu għani iżjed mill-Ingliż, pereżempju l-Ingliż għandu biss ‘corner’ għal ‘rokna’ (l-angolu ta’ ġewwa) u għal ‘kantuniera’ (l-angolu ta’ barra); iżda fir-reġistri tekniċi moderni l-Ingliż hu rikk iżjed.

    Ma naqbilx miegħek Mjbagley li l-ortografija (l-ispelling) “tinvolvi atteġġjament personali”. X’aktarx miniex nifhem eżattament x’qed tgħid. Napprezza jekk tispjegali. Qed tgħid li l-atteġġjament personali jiġi qabel l-istandard?

    Grazzi ħafna għax xħittu kummenti relevanti wisq, u għax vera tafu tiktbu bil-Malti.

    NB. F’ġieħ il-Malti – importanti – intelliġenti – interessanti – dawn qatt ma taqagħlhom l-I tal-bidu għax dik parti mill-kelma.

    ReplyDelete
  12. L-ewwel nett prosit kbira tas-suġġett li qajjem ħafna nteress.

    Filwaqt li naqbel ma ħafna milli ntqal, nissuġġerixxi xi punti:

    Nistgħu ninkuraġġixxu biex l-emails bejn l-istudenti u għalliema jinkitbu bil-Malti. Xi haġa li ppruvajtha u jidher li ħadmet sew mal-istudenti tiegħi. Jekk student Malti jiktibli bl-Ingliż, nirrispondih bil-Malti u ħafna drabi, fir-risposta ta' wara jaqleb il-lingwa.

    Għandi mpressjoni li xi studenti minkejja li jħossuhom iżjed komdi jiktbu bil-lingwa Maltija, xorta jużaw l-Ingliż (li ħafna drabi jkun imfarrak) fil-korrispondenza tagħhom. Jidher ċar li r-raguni tkun għax jistħu juru lill-għalliem tagħhom li batuti fl-Ingliż (jew biex ma jħossuhomx inqas mill-oħrajn).

    Nistghu fil-klassi, nużaw kemm jista jkun kliem bil-Malti fejn hemm sostitut, eż lezzjoni flok "lesson", għalliem flok "teacher", ktieb flok "book", u anke numri bil-Malti. B'hekk inkunu qed nikkommunikaw kemm ngħożżu l-lingwa Maltija u nrawwmu 'l-istudenti b'istess ħsieb.

    Nevitaw kliem bħal "worth it", "might as well". Hemm ħafna modi kif tgħidhom bil-Malti, ez jaqbillek, izjed jaqbillek, allura iktar jaqbillek.

    Hafna jħossuhom skomdi għall-bidu, għax ikun hemm bzonn li l-ħin kollu jżommu mal-lingwa konxjament, pero din malajr tindara.

    Jien lill-istudenti tiegħi ngħidilhom biex barra li jiktbu bl-Ingliż, fl-assignments/essajnments :), fejn isibuha diffiċli, jistgħu jispjegaw ruħhom bil-Malti wkoll. Il-problema hi li ċerti studenti l-Ingliż tagħhom tant hu batut li xorta it-twegiba li jkunu taw ma tiftiehemx, minkejja li t-tweġiba t-tajba f'moħħhom tkun qegħda.

    Din hi l-opinjoni tiegħi.

    ReplyDelete
  13. Nixtieq nuri s-sapport tiegħi għal din il-kitba eletronika bil-Malti. Għalkemm ikolli nammeti li l-maggoranza tal-lezjonijiet nagħmilhom bl-ingliz, għax dik kienet l-ewwel lingwa tiegħi u hija l-iktar lingwa li nħossni komdu biha, kemm il-darba ikolli nerga nispjega bil-Malti meta nara li l-istudenti ma' jkunux fehmu sewwa.

    Rigward il-kitba bil-Malti fl-assignments bl-Ingliz minn naħħa tas-studenti tagħna, minix daqshekk konvint. Għalkemm nifhem il-punt imqajjem u għandi inklinazjoni żgħira li naqbel, nibża li nkunu qed infiżdu l-istudenti tagħna. Naħseb li huwa sewwa li ngħinu l-istudenti u naqbel li għanna nagħtuhom opportunitajiet differenti fit-tgħallim tagħhom, iżda għal-fini ta' kwalita naħseb li fl-assignments irridu noqgħodu għattenti li ikun hemm konsistenza fostna u konsistenza fl-assignment. Jiena nemmen li assignment għandu jibda u jispicca bl-istess lingwa. Għaldaqstant jiena inħeġġeġ li għanna nikkunsidraw il-possibilita' li ċerti assignments f'ċerti livelli għandhom jinkitbu u jiġu imwieġba bil-Malti. Forsi sakemm il-korsijiet huma akkreditati mil-BTEC dina tkun naqra diffiċli izda jekk niġu akkreditati bħalha MCAST din tkun possibili.

    Nifhem u nirrispeta li hemm opinjonijiet ferm differenti min tiegħi u nemmen li dan huwa punt ta' diskusjonijiet interesanti ħafna.

    ReplyDelete
  14. Suggett interessanti hafna u bla ma naf qed nerga nikteb bil-Malti ghal ewwel darba wara 10 snin, jigifieri minn meta spiccajt Form 5!!

    Mark Scicluna semma li ltaqa ma sitwazzjoni fejn l-istudenti kellmuh ghax ma bdewx jifmuh meta beda jitkellem bl-Ingliz. Hija nkwetanti ferm li student li spicca mil iskola sekondarja ghandu problema biex jifhem bl-Ingliz. Ma rridux ninsew li l-istudenti Maltin ikunu esposti ghal lingwa Ingliza mill-ewwel sena tal-primarja sa ma jispiccaw is-sekondarja, jigifieri 11 il-sena. Din is-sitwazzjoni li ltqajt maghha int mhix ta l-ewwel u mux se tkun ta l-ahhar sakemm ma jsirx xi haga fuqha!

    Nifhem li l-lingwa Maltija ghanda l-importanza taghha peress li hija l-lingwa nazzjonali u rridu nibqaw nahdmu biex din tibqa hajja. Pero ma rridux ninsew li l-Ingliz hija lingwa ufficjali wkoll hawn Malta. Ilkoll nafu li Malta tiddependi sew fuq it-turizmu, jigifieri rridu naraw x'naghmlu biex il-livell ta l-Ingliz go pajjizna joghla.

    Irridu niftakru wkoll li minhabba c-cokon tal-pajjiz hafna mil-kotba tal-primarja, sekondarja u post-sekondarja huma bl-Ingliz. Meta student imur jahdem fil-post tax-xoghol bhala teknixin, hairdresser, nurse jew kwalinkwe xoghol iehor dan se jiltaqa ma manuals bl-Ingliz jigifieri ma jistawx jaffordjaw li ma jkollomx livell ta Ingliz tajjeb.

    ReplyDelete
  15. Din tigri mhux fil-Malti biss. Fuq it-televixin nisimghu it-Taljani jghidu certi kliem bl-Ingliz, per ezempju, ghax la darba oggett jigi vvintat f’pajjiz, dak il-pajjiz jaghtih l-isem u kif intqal qabel, m’ahniex qed inkunu pronti u naghtu kelma bil-Malti. Peress li hafna invenzjonijiet b’mod specjali dawk ta’ teknologija isehhu fl-Amerka, ghalhekk l-ewwel isem taghhom ikun bl-Amerikan/Ingliz.
    Veru li m’hemm xejn hazin billi nuzaw dawk it-terminologiji ...biss biss il-lingwa Maltija x’inhi? Hija tahlita ta’ lingwi ohra...minn ilsna u renji li ggvernaw lil Malta fl-istorja. Imma jekk nibqghu sejrin hekk....heqq invenzjonijiet Maltin, jew mid-dinja Semitika ftit hemm cans ikun hemm hdejn l-Amerka, kemm minhabba li Malta zghira, kif ukoll minhabba r-rizorsi limitati li ghandna. Ghalhekk, il-lingwa taghna wara hafna snin, ftit ftit tispicca dik tal-pajjiz bl-aktar qawwa u li Malta tinnegozja mieghu. Per ezempju il-Gappun u c-Cina ukoll jivvintaw hafna oggetti u jaghtuhom isem izda peress li Malta ma tantx tinnegozja maghhom ma jinfuwenzawniex daqshekk.
    Il-problema, jekk fil-fatt nistghu insejhula problema, hi li t-teknologija qed tizvipuppa b’rata tant mghaggla li m’hi qed taghti cans lil hadd ilahhaq maghha. Apparti l-problema tal-lingwa hemm hafna problemi ohra....bhall-ligijiet li ghadhom qas jezistu ghax l-etika ta’ certi sitwazzjonijiet ghad iridu jigu diskussi. L-affarijiet jiehdu z-zmien u gvern, knisja etc hafna drabi ma jkunux iridu jikkommettu ruhom. Hawn nirreferi ghall-Forum fuq Moodle dwar jekk il-prigunieri ghandhomx ikollom access ghall-internet... il-ligijiet li hemm ghadhom wisq godda u superficjali. Nirreferi ghal mowbajl li s’issa mhux accettat fil-klassi....izda meta nharsu lejh bhala ghodda ta’ taghlim... ser inbidlu l-ligi mill-lum ghal ghada?

    Tatjana Chircop

    ReplyDelete
  16. L-ewwel haga nixtieq niskuza ruhi min qabel ghall-izbalji li forsi naghmel jiena u nikteb dan il-paragrafu. Pero vera prosit ghax vera sorpriz li kien hawn xahadd kuragguz u kiteb bil-lingwa Maltija. Jien kull ma nixtieq huwa li biex il-Malti jigi mghallem ahjar ghandna bzonn noholqu web sites li fihom ikun hemm taghlim ghal dawk l-istudenti li qedin fis sekondarja. Per ezempju illejla kelli bzonn niccekja diffikulta fi grammatika u ili siegha nfittex ghal xi soluzzjoni imma ghalxejn. Jekk tigi zviluppata din l-imbierka site wiehed jista jirreferi ghaliha u dan huwa mezz ta' e-learning.

    ReplyDelete
  17. Naqbel hafna ma Kenny, kemm hu mportanti li ma naqtawx il-prattikka tal-lingwa taghna ghax hija xi haga hajja u li ghada qed tizvilluppa.
    Il-Lingwa Maltija tinbidel hafna maz-zminijiet. Dan l-ahhar aktar minhabba hafna kliem ingliz marbut mat-teknologija gdida ta zminijietna qed jinfiltra fil-lingwa taghna. Parti mit-tghallim tul il-hajja ghandu jkun mehtieg li ghalliema jkunu jafu it-tibdil min zmien ghal iehor fl-ilsien taghna. Hafna kliem mitkellem hu ngliz imfarrak imma meta nigu ghal l-ortografija biex issir prezentazzjoni jew ittra elettronika mhux dejjem insibu l-kelma addatata. Jehtieg li nkunu nafu bihom.

    ReplyDelete
  18. Qed insegwi din il-blog bil-Malti u veru interessanti. Nixtieq nghaqqad dan kollu li ntqal ma problema wahda imma kbira li nara u nosserva jiena meta nkunu qed nuzaw dawn il-mezzi elettronici (e-mails, sms, chat) u jkollna nuzaw kliem li mhuwiex miktub sew jew ma nafux ufficjalment kif suppost niktbuh. Illum qed jintuzaw wisq kliem fil qosor (abbreviations – Mark din kif tghidha bil-Malti?, kliem fil-qasir etc), li qed joqtlu l-uzu tal-kelma ezatta u intatta li wiehed ghandu juza biex jikkommunika ma hadd iehor. Nifhem li jekk ser tikteb sms u trid tghid “by the way” ma fiha xejn billi tkun smart u tikteb “btw” imma wisq nibza’ li certu nies jistghu jaqghu fin-nasba u jinsew bil-mod il-mod kif jiktbu sew certu kliem jew jistrutturaw certi sentenzi bir-rizultat li jkollna lingwa dejjem iktar fqira u limitata.
    U hawn ikolli nzid li l-Malti, qed ibati mill-istess effett ukoll. Nghid ghalija jien, illum inhossni fjakk fil-vocabularju Malti u spiss insibni f’sitwazzjoni fejn ma jkolliex triq ohra hlief li nghid il-kelma bl-ingliz.
    Finalment irrid nghid li dawn il-mezzi ta’ kommunikazzjoni u taghlim elettroniku ghandhom hafna vantaggi imma irridu noqghodu attenti li waqt li nkunu qed nghallmu dak is-suggett partikulari ma ninsewx il-lingwa per se. Skuzawni jekk forsi ma ktibtx Malti perfett izda kif espremew hafna minn nies f’dan il-blog, jien ppruvajt nesperjenza kemm fil-fatt hi facli jew difficli tuza’ l-Malti biex ‘tibblogja’. Ikolli nghid li apparti l-fatt li jien ma tantx inhossni konfidenti nikteb bil-Malti, mill-bqija mhux qed nara xi problema partikulari, ghax kif jghidu, l-kliem jigi bhac-cirasa.

    ReplyDelete
  19. This comment has been removed by the author.

    ReplyDelete
  20. Mela, Mark. Halli nwiegbek dwar il-kumment li hallejt jiena rigward l-orografija bhala xi haga personali, kulturali u politika.

    Mela, l-ghazla ta' ortografija tinvolvi hafna l-attegjament personali. Per ezempju, jekk thares biss lejn l-istorja tal-kitba tal-Malti, wahda mid-diffikultajiet kienet jekk ghandhomx ifasslu l-ortografija fuq il-lingwa Gharbija, il-lingwa Taljana, jew tahlita tat-tnejn. Kien hemm dibattitu shih jekk ghandux jinkiteb, u kif, ghal xi zewg sekli. Mhux minhabba ragunijiet xjentifici, imma minhabba ideologiji differenti. Tinsiex li Malta kienet “diglossic society”, igifieri kien hemm zewg lingwi fis-socjeta li kienu jintuzaw ghal-skopijiet differenti. It-Taljan kien jintuza ghal skopijiet formali (u tal-kitba) flimkien mal-Latin, u allura ta pregju, u l-Malti bhala mezz orali ta’ kommunikazzjoni fost il-poplu. Parti mid-dibattitu kienet jekk ghandhomx juzax alfabett Latin jew Semitiku ghal-kitba tal-Malti. Issa, zomm f’mohhok li kien hawn sentiment positiv rigward it-Taljan, li kien simbolu ta’ kultura Ewropeja u il-Knisja Kattolika (religjon), u hafna kienu dawk li kienu jharsu lejn Malta kulturalment bhala parti mill-Italja (wara li gew l-Inglizi inqala’ il-famuz “The Language Question”).

    Issa, l-idea ta’ l-istandard. Trid thares lejn lingwa mhux bhala sistema monolitika, imma bhala xi haga li fiha hafna stili differenti, jew djaletti. Per ezempju, kemm mijiet ta djaletti Inglizi li jaqaw taht it-tabella “Ingliz”, u xi erba djaletti minnhom huma stmati bhala ‘standard’, minhabba ragunijiet li ma ghandhom x’jaqsmu mal-lingwistika. Dak id-djalett li jintaghzel bhala ‘standard’ huwa id-djalett li jkollu aktar pregju u stima, ghal diversi ragunijiet, per ezempju ghax juzawh nies ta’ klassi gholja u certu poter; jista jkun assocjat ma’ kultura, ma’ religjon jew politika partikulari. Dan il-djalett (jew varjeta’) ikollu iktar appogg, f’sens socjali, u jekk hemm sistema ta’ kitba, dan x’aktarx ser jkun il-djalett ippreferut ghall-kitba. Hemm essej klassiku ta Charles Ferguson (1959) dwar “Diglossia”, fejn josserva “linguistic division of labour” fost djaletti fis-socjeta . Id-dizzjunarji, dokumenti formali u kitba fil-pubbliku kollha juzaw id-djalett li gie maghzul u stmat bhala l-istandard, u eventwalment l-istandard jigi mghallem fl-iskejjel. Hemmhekk tissahhah l-idea li hemm mod wiehed kif ghandek tikteb kelma. Dawn huma affarijiet li tant drajniehom li, biex nuza frazi popolari, niehduhom “for granted” u bhala process naturali.

    L-idea ta’ standard hija ghazla socjali, ghar-ragunijiet socjali u mhux lingwistici. Nistghu nuru li ahna favur idea (jew kontra) mill-uzu taghna personali tal-ortografija (hawn nistghu wkoll nsemmghu l-ghazla lessikali, eg. mitjar jew ajruport).

    Il-kitba mhijiex xi haga oggettiva maqtugha mis-socjeta. Kieku ma jinqalawx diskussjonijet shah kif ghandna niktbu, jew hux “gowl” jew “goal”, “plejer” jew “player”. L-ebda sistema ta’ kitba ma hija ahjar minn ohra, u interessanti immens (ghalija personali u professjonali) l-ideat li jkollhom in-nies rigward il-lingwa, kemm fil-kitba u kemm fid-diskors, li juri l-attegjament personali tal-persona. Per ezempju, il-kelma ‘irkotta’ fuq blogg popolari qajmet diskussjoni ferm interessanti. Il-fatt li sid il-blogg tinsisti fuq ‘rikotta’ turi hafna li hija preskritiva hafna rigward lingwi – “ghax suppost hekk u mhux hekk”. Mur ghidilha li dik it-taqliba zghira hija process li issib f'diversi lingwi madwar id-dinja (metathesis). Blogg iehor!

    Kummenti?

    Melissa Joan Bagley (IBAC)

    ReplyDelete
  21. Mela, Hi jew Haj (bil-Malti hekk tinkiteb nassumi), ghalkemm din hija diskursata interessanti li qajjimt Mark, ma tantx inhoss li id-direzzjoni li qabdet hija wisq relevanti mas-suggett li qeghdin nippruvaw niffukaw fuqu - aqta barra il-blogosfera... jekk b'xi mod jew iehor nistghu napplikaw ir-rizorsi tal-lingwa (natural language processing) biex nidhlu fil-qasam ta l-e-learning, ikun ahjar.
    Per ezempju, hsieb interessanti jkun kif teknologija u x'tip ta teknologija tista tintuza biex tigi implementata sistema ta 'online learning' fejn il-lingwa Maltija tigi moghtija prijorita. Forsi ta min ihares lejn progett bhal CLARIN (http://www.clarin.eyu) fejn qeghdin jahdmu propju lejn dan il-ghan.

    ReplyDelete
  22. @Lucienne Bonnici

    Nista’ nifhem perfettament il-hsibijiet ta’ Lucienne u ohrajn ghax jien nghallem il-Matematika b’zewg lingwi. Nifhem li hafna mis-suggetti teknici huma difficli biex tghallem u tifhem bil-lingwa Maltija. Is-sistema BTEC tkompli tkabbar il-problema. Meta staqsejt lill-verifikaturi esterni dwar din il-problema qaluli li l-hidmiet f’isem il-BTEC iridu jsiru bl-Ingliz minhabba li huma stess ma jifhmux il-lingwa Maltija meta jigu biex jivverifikaw ix-xoghol.

    Jista’ jkun li ghandhom ragun ghalkhemm din il-problema tista’ tissolva bl-ghajnuna ta’ interpretu. Jekk l-istudent huwa verament ic-centru tas-sistema ma nahsibx li l-MCAST isib problema biex jinvesti f’dawn is-servizzi. Ahna li nghallmu l-Matematika f’isem l-MCAST u mhux BTEC solvejna l-problema mod iehor. Ahna sempliciment niktbu l-karti taghna bilingwali; bil-Malti u bl-Ingliz. Iktar minn hekk, ahna nippermettu wkoll li l-istudenti jwiegbu bil-Malti.

    Sellili!

    Crisby

    ReplyDelete
  23. Il-Kwistjoni tal-lingwa fil-klassijiet taghna m’huwiex suggett gdid li qed jigi diskuss. Nies qabilna diga ltaqghu ma’ din il-problema u sfortunatament din id-dilemma ghada maghna. Mill-bidu wiehed jista’ jghid li mhux ghalkhemm tghid li tista’ tuza l-lingwa Maltija biex tghallem. Genwinament inhoss li ahna l-ghalliema stess ghandna bzonn tahrig dwar dan. Mill-inqas ghandna bzonn inkunu esposti ghall-terminologija gdida li l-Akkademja tal-Malti qed tapprova. Bhalissa qed naghmel ricerka semplici biex nidentifika il-lingwa favorita ta’ l-istudent fil-klassi tal-Matematika. Ovvjament, biex naghmel dan kelli nesperimenta b’lezzjonijiet tal-Matematika bil-Malti. Jidher car mill-ewwel li l-istudenti taghna jiddistingwu bejn lingwa biex titghallem u lingwa biex tirrispondi. Car ukoll li l-maggoranza ta’ l-studenti jippreferu li jibqghu juzaw il-lingwa Ingliza biex jitghallmu l-Matematika. Ir-raguni principali ghal dan hi li l-lingwa nfisha timponi problema akbar biex tifhem il-Matematika minhabba li hija l-lingwa li qatt ma wzajna mindu konna zghar.

    Crisby

    ReplyDelete
  24. L-idea tal-CLARIN.eu u l-infrastruttura tiegħu 'l hinn minn din id-diskussjoni jixħtu dawl ġdid fuq soluzzjoni għal waħda mill-problemi tal-Malti. (Meta qed ngħid 'Malti' nkun qed nitkellem dwar il-lingwa u mhux dwar il-bniedem.) Madanakollu is-soluzzjoni li naf biha m’għandha x’taqsam xejn mat-tagħlim elettroniku.
    Fil-parti li kont ħdimt jien mal-proġett, konna qed naħdmu fuq sistema ta’ tokens ta’ testi sħaħ bil-Malti, u anke ngħinu lil applikazzjoni tal-Java ‘titgħallem’ dan il-materjal bit-tag biex tagħtina lura struttura tal-korpus. Naħseb li kienet idea tajba ħafna u li meta ‘l quddiem tibda taħdem b’iżjed effiċjenza, jaf ikollna struttura essenzjali għall-istudju ta’ lsienna.
    Biex nikkonkludi, jidhirli li d-diskussjoni matul il-kummenti rnexxielha telenka l-iżjed tliet problemi magħrufa minn kull min jipprova juża l-Malti, u li allura qed jiskoraġġuh milli jużah fil-kitba.
    L-ewwel nett issemmiet il-problema ta’ x’terminoloġija se tintuża fit-tagħlim elettroniku meta l-iżjed kelmiet fl-użu huma bl-Ingliż. Ħafna hawnhekk kienu tal-idea li kliem magħruf u li jintuża minn kulħadd, għandu jibqa’ kif inhu fi lsienna.
    Issemmiet il-problema ta’ kliem ta’ nisel Ingliż, u ħafna staqsew dan kif għandu jinkiteb waqt il-lekċer elettronika? X’aktarx il-kummenti qed jgħidu li għandu jinkiteb kif ilkoll imdorrijin narawh.
    L-iżjed problema li ssemmiet iżda kienet: kif jista’ jkun li fil-lekċer elettronika nuża l-Malti meta l-istudenti huma imdorrijin bl-Ingliż. Ħafna huma tal-fehma li l-istudenti ma jifhmu xejn jekk dak li fil-klassi jsir bil-Malti, u dak li fil-ktieb jinstab bl-Ingliż, jinġabar b’Malti sempliċi u jitqiegħed online.
    Ma fhimtx għalfejn qed issir daqstant distinzjoni bejn it-taħdit u l-kitba.

    ReplyDelete

Note: Only a member of this blog may post a comment.